Monday, April 25, 2011

Tbatija Ottimista

Kull filgħodu 
mara anzjana timbotta premm, 
tbennen tarbija 
li ġarret ġo ġufha 
għal disa' xhur sħaħ, 
iżda li hi qatt ma ħadnet 
bi mħabba f'dawk l-idejn, 
li llum ħarxa bit-tbatija 
tal-ħajja misterjuża!

No comments:

Post a Comment