Thursday, April 28, 2011

Minjaf?

Għal disa’ xhur sħaħ
Ġarritek, ħolmitek, immaġinatek,
Ratek, ħassitek, tbissmitlek,
Kantatlek…

Ħadet ħsiebek b’imħabba,
U l-qalbha int lilha imlejtilha,
Lilha fawwart b’ferħ liema bħalu
Lilha qanqalt u stennitek bla waqt.

Imbagħad bħal miraklu
F’idha hi ħaddnet u għannqet,
Mellsitek, fisdidek,
B’imħabba b’liema bħalha indukratek.

It-tnejn flimkien b’imħabba kbirtu
Sa ma feġġ l-maltemp
Li minn ħaddejha ħatfek u ġarrek
Il-bogħod...

U llum baqa’ biss il-ħsieb tiegħek
Il-ħolm...
U l-vojt....

1 comment:

  1. Wow deep I love this poem you've got talent cultivate it.
    Mariella S

    ReplyDelete