Tuesday, April 26, 2011

Mużajk

Il-ħoss tal-lapes jħanxar, 
kif il-ponta sewdinija tobrox il-karta 
biex tniżżel il-ħsibijiet ta' tfajla 
mħassba u mitlufa 
f'dinja ta' mużajk ikkulurit!

No comments:

Post a Comment