Thursday, April 28, 2011

Minjaf?

Għal disa’ xhur sħaħ
Ġarritek, ħolmitek, immaġinatek,
Ratek, ħassitek, tbissmitlek,
Kantatlek…

Ħadet ħsiebek b’imħabba,
U l-qalbha int lilha imlejtilha,
Lilha fawwart b’ferħ liema bħalu
Lilha qanqalt u stennitek bla waqt.

Imbagħad bħal miraklu
F’idha hi ħaddnet u għannqet,
Mellsitek, fisdidek,
B’imħabba b’liema bħalha indukratek.

It-tnejn flimkien b’imħabba kbirtu
Sa ma feġġ l-maltemp
Li minn ħaddejha ħatfek u ġarrek
Il-bogħod...

U llum baqa’ biss il-ħsieb tiegħek
Il-ħolm...
U l-vojt....

Mħabba Mistika

Fejn xatt il-baħar
Id f’id flimkien
Nisimgħu l-mewġ jitbewwes mal-blat,
Taħt stilel mbegħda, jixgħelu kulmaw.

Inħossu ż-żiffa ħelwa taħbat ma’ wiċċna
Tifriska l-ħsieb
U l-wens ta’ xulxin infittxu
Taħt dawk il-kwiekeb, fuqna msammrin.

Ġamra ttir minn għajnejja
U fuq tiegħek dlonk tistrieħ
U għajnejna hemm jiltaqgħu
U jiflu lil xulxin.
Dlonk f’qalbi timmarkani,
Ħiġġieġa ta’ mħabba tqabbadni.

Bewsa mistika nisraqlek f’dal lejl
Taħt sema mdawwla
U qamar fiddien
U f’ħoġrok nintelaq
Fejn sibt is-serħan.

Taħlita Ekwilibrata Għal Għażiża Oħti

Kull filgħodu titla’ x-xemx
U l-arja tferraħ
B’għanja ħelwa t’għasafar il-bogħod
Min jaf għalxiex?

U ftit il-bogħod minn hawn
Jinstemgħa biss damdim
Ta’ borra, bard u ksieħ.

Taħlita ekwilibrata
Ta’ kulturi, temp u opinjonijiet
Pittura ħajja ta’ diversjonijiet.

Minkejja dawn id-differenzi
Fil-qalb tiegħi kollox stivat
Post għalik fil-fond ta’ qalbi
Mimli memorji serji, sbieħ u kollha bluhat!

Ħsibjieti


Għad nikber u nixjieħ,
u ħsiebi jkun biss fik.
B'għożża nħaddnek u ngħannqek
u nintilef fis-skiet ta' dinjietek!

Int tkun il-faraġ tiegħi
mid-dlam ifeġġ id-dawl
u b'hekk b'għożża nitolbok
ħallini llum ngħannqek u nfissdek!

Tuesday, April 26, 2011

Qatra Qatra

Qatra Qatra
Nieżla tmelles
l-art sħuna u niexfa
mill-qilla tas-sajf qalil

Qatra qatra
Qed timla’
Bjar vojta
Niexfa mill-għatx
Ta’ l-art.

Qatra qatra
Ħalliha tnissel
Ħa tħajjem bil-ħlewwa
Lil wiċċek moħrar

Ħa xabba’ b’ilma ġieri
Li jnixxi bilmod
Mal-blat.

Mużajk

Il-ħoss tal-lapes jħanxar, 
kif il-ponta sewdinija tobrox il-karta 
biex tniżżel il-ħsibijiet ta' tfajla 
mħassba u mitlufa 
f'dinja ta' mużajk ikkulurit!

Monday, April 25, 2011

Love Message

Rain drops freeze like pearls as white
as was the bridal-gown that night
who walked the aisle…a long way for love.

Waiting there, was the young man
With shining eyes, a beating heart
As if drunk with a whiskey or two.
There in the corner, the face of the unknown
Playing the piano as he sings a lullaby
of love and romance…
Eternal happiness…
That only the two will share.

The couple romancing by candlelight
and in each others hearts,
The eyes engrave a message of love.

Golden droplets

A tinkle of a bell I hear
As I think of you today...
In my mind I hear your voice
a melody listened to in awe!

Your inner splendour in radiance
as you move with grandeur,
along the paths
of the mysterious life,
there you leave a trail of golden droplets
for each of us to follow
toward a world unknown to us!!!!

Wings

You captured
the sunlight into your eyes,
a melody into your soul,
the scent of flowers in your moves,
the moon onto your lips...

You captured my heart and made it real
You gave me a reason to believe....
Your radiance will guide me
on floydian wings
You'll carry us high!!!

Tbatija Ottimista

Kull filgħodu 
mara anzjana timbotta premm, 
tbennen tarbija 
li ġarret ġo ġufha 
għal disa' xhur sħaħ, 
iżda li hi qatt ma ħadnet 
bi mħabba f'dawk l-idejn, 
li llum ħarxa bit-tbatija 
tal-ħajja misterjuża!

Il-Kitba

Il-ħoss tat-tastiera 
jtektek ma kull ittra li titniżel f'narrativa...
b'rittmu mgħaġġel 
tinstema' għaddejja...
bla waqfien!

Nixfa

In-nixfa poetika għadda ż-żmien minn fuqha...
u issa ħalliha tnixxi n-nixxiegħa poetika...
ħallijha tfawwar bla qies!

Eku

Eku ta' mħabba jinstema, 
cafcifa ta' ilma frisk, 
żiffa tifriska l-ħsieb...