Thursday, April 28, 2011

Mħabba Mistika

Fejn xatt il-baħar
Id f’id flimkien
Nisimgħu l-mewġ jitbewwes mal-blat,
Taħt stilel mbegħda, jixgħelu kulmaw.

Inħossu ż-żiffa ħelwa taħbat ma’ wiċċna
Tifriska l-ħsieb
U l-wens ta’ xulxin infittxu
Taħt dawk il-kwiekeb, fuqna msammrin.

Ġamra ttir minn għajnejja
U fuq tiegħek dlonk tistrieħ
U għajnejna hemm jiltaqgħu
U jiflu lil xulxin.
Dlonk f’qalbi timmarkani,
Ħiġġieġa ta’ mħabba tqabbadni.

Bewsa mistika nisraqlek f’dal lejl
Taħt sema mdawwla
U qamar fiddien
U f’ħoġrok nintelaq
Fejn sibt is-serħan.

No comments:

Post a Comment