Thursday, April 28, 2011

Taħlita Ekwilibrata Għal Għażiża Oħti

Kull filgħodu titla’ x-xemx
U l-arja tferraħ
B’għanja ħelwa t’għasafar il-bogħod
Min jaf għalxiex?

U ftit il-bogħod minn hawn
Jinstemgħa biss damdim
Ta’ borra, bard u ksieħ.

Taħlita ekwilibrata
Ta’ kulturi, temp u opinjonijiet
Pittura ħajja ta’ diversjonijiet.

Minkejja dawn id-differenzi
Fil-qalb tiegħi kollox stivat
Post għalik fil-fond ta’ qalbi
Mimli memorji serji, sbieħ u kollha bluhat!

No comments:

Post a Comment