Thursday, March 15, 2012

Il-Kitba stqarrija


Il-kitba misterjuża
Jafha biss il-ħsieb u ftit kittieba.

Kull kelma titnaqqax
Wara elf ħsieb li jiġerra fil-moħħ
Kull kelma li titniżżel
Eterna…

Kittieb jispiċċa, jinqered, jitmermer
Il-kelma imniżżla hemm tibqa’ u ssostni
Ħsieb qawwi u sod
Li darba nkiteb u nqara.

Il-kitba hi stqarrija ta’ ħsieb
Li kien jafu biss il-ħsieb u ftit kittieba.

No comments:

Post a Comment