Showing posts with label 12/09/2006 10am. Show all posts
Showing posts with label 12/09/2006 10am. Show all posts

Tuesday, April 26, 2011

Qatra Qatra

Qatra Qatra
Nieżla tmelles
l-art sħuna u niexfa
mill-qilla tas-sajf qalil

Qatra qatra
Qed timla’
Bjar vojta
Niexfa mill-għatx
Ta’ l-art.

Qatra qatra
Ħalliha tnissel
Ħa tħajjem bil-ħlewwa
Lil wiċċek moħrar

Ħa xabba’ b’ilma ġieri
Li jnixxi bilmod
Mal-blat.