Monday, October 24, 2011

Rota tal-Ħajja

Fejn jien ma nafx
għaġġla sfrenata  

ġiri, kuluri, duħħan

oċejan maestuż  bla tarf...
arloġġ itektek
magna tal-ħjata tokrob  
drapp jintiseġ fi ħwejjeġ  

kalma, kuluri, kristall...

An Answer

Your smile was the beginning of a life unknown
My laugh was our first step down the aisle.
Your hand would be soon mine to hold forever.
Your forever is overflowing with love.
You endowed me with care and joy.
For me you are what was missing.
Your generosity was a question answered.
And my answer will always be “I do”.

Monday, August 8, 2011

Ismek

Ħarbixt ismek fis-sema;
Imma ir-riħ tajru l-bogħod.
Ħarbixt ismek fir-ramel;
Imma l-mewġ ħakkmu u ħassru.
Ħarbixt isemk ġo qalbi;
Fejn ser jibqa’ għal dejjem!

Saturday, June 25, 2011

Aroma...Ritratt Passat

Fuq għatba ta' bieb ħadrani
fin-niżla tal-Kottoner,
mara bil-qoffa u kartell,
b'sikkina f'idha marell,
tħanxar u tnaddaf il-ħut.
Aroma mħallta ta' ħut
mat-traffiku għaddejj.
U n-nisa jieqfu jħarsu,
jkejjlu sew l-użin...
tgħid frisk dal-ħut jistaqsu...
bħal donnu kbir tassew.
Bejjiegħa tal-ħut
fuq għatba ta' bieb...
ritratt ta' Malta
fi żmien passat...
u t-traffiku għaddej għal rieħu...
isimgħu jħanxar il-ħorn sfrenat
arha tħanxar il-ħut!

Wednesday, May 18, 2011

Il-Ħsieb imniżżel!

Kont ilni sew ma nersaq 'l hemm. Riħ ivenven u nies għaddejjin b'xogħolhom. Forsi missni nikkunsidra li nibda immur ta' spiss. Nintilef inħares lejn in-nies. Kull persuna għandha storja, ta' min mistura, ta' min imxandra. Qatt m'għadu jkolli wisq cans. Suq mimli ħajja u nies multinazzjonal, ta' kull bżonn u ta' kull natura, li ma jħallilekx wisq nifs. Ma nidejjaq xejn nintilef qalb dawn in-nies. Tibda' ġimgħa, u malli teptep tnejn għajnejk, tkun tiġa bdiet ġimgħa oħra. Illum il-Ħadd, bħall donnu dan huwa l-bidu tal-Ħadd li għadda u mhux tmiem ta' dan il-Ħadd preżenti. Suppost qeda nħoll kelma, kelma fuq studju soċjali, imma minflok sibt ftit ċans biex nisma' ċ-ċekċika tat-tastiera, tniżell silta minn ħajja mistura sal-lum. Bħalissa huwa siegħa lura tal-Ħadd li għadda, u dak li għadda issa spiċċa...jew forsi xi ġrajja baqgħet imnaqqxa fil-qalb jew fil-ħsieb...waħda minn elf storja li tinħoloq ta' kull jum.

Il-ħsieb jimlini

F'nofs ta' lejl iltqajt mal-ħsieb.
Bħal donnu qed jieħu naqra interess fija
u mhux jħallini norqod fil-kwiet.
Ma nisimgħux ġej, ma narahx...
imma malli jasal jimlili moħħi.
Jimlini b'leħnek miksur
wara xi kedda li tieħu,
jimlini bil-ħarsa t'għajnejk
titlob il-ħniena.
Jimlini bir-riħa ta' baħar fl-arja,
bil-ħoss ta' pass jirfes fuq art niexfa.
Il-ħsieb qed iqajjimli suspett,
jimla' kull tarġa fil-garigori ta' moħħi,
u kull fejn indur insibu hemm
jistennenini.
Kultant jbeżżani,
kultant iferraħni,
imma żgur qatt ma jħallini.
Il-ħsieb jimlini.

Ix-Xwejħa

Bħal biċċa arti ta' skultur, 
il-wiċċ tax-xiħa mnaqqax 
b'linji ħorox li juru ż-żmien, 
tħares lejha par għajnejn żoroq, 
tbissima li twennes kull qalb! 
Min qatt jobsor kemm bkiet tul ħajjitha, 
kemm batiet biex illum hi dak li hi....
mara xiħa bilqeda fit-trejqa!